LUQA 4:9-12
LUQA 4:9-12 MB20
Imbagħad ix-Xitan ħadu Ġerusalemm, qiegħdu fuq il-quċċata tat-tempju, u qallu: “Jekk inti Bin Alla, inxteħet minn hawn għal isfel. Għax hemm miktub li ‘Lill-anġli tiegħu jordnalhom biex jieħdu ħsiebek sewwa,’ u li ‘fuq idejhom jerfgħuk, ħalli ma taħbatx riġlek ma’ xi ġebla.’ ” Wieġeb Ġesù u qallu: “Jingħad, ‘Iġġarrabx lill-Mulej Alla tiegħek.’ ”