ĠENESI 6:1-4
ĠENESI 6:1-4 MB20
U ġara li meta l-bnedmin bdew joktru fuq l-art u tweldulhom il-bniet, raw ulied Alla li l-bniet tal-bnedmin kienu ħelwin, u ’l dawk li għoġbuhom ħaduhom b’nisa tagħhom. U l-Mulej qal: “Ma tibqax ruħi aktar fil-bniedem għal dejjem, għax, laħam hu; u jkunu jiemu ta’ mija u għoxrin sena.” Kien hemm il-ġganti dak iż-żmien - u wara wkoll - meta wlied Alla resqu lejn il-bniet tal-bnedmin, u huma wildulhom. Dawk kienu n-nies kbar imsemmija sa mill-qedem.