1
RUMANI 12:2
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Timxux max-xejra ta’ din id-dinja, iżda nbidlu skont it-tiġdid ta’ fehmietkom, biex iseħħilkom tagħrfu x’inhi r-rieda ta’ Alla, x’inhu t-tajjeb li jogħġbu, x’inhu perfett.
Compare
Explore RUMANI 12:2
2
RUMANI 12:1
Nitlobkom, l-aħwa, għall-ħniena ta’ Alla, offru ġisimkom b’sagrifiċċju ħaj, qaddis, jogħġob lil Alla, jiġifieri l-qima spiritwali tagħkom.
Explore RUMANI 12:1
3
RUMANI 12:12
Ifirħu bit-tama, stabru fl-hemm, itolbu bla waqfien.
Explore RUMANI 12:12
4
RUMANI 12:21
Tħallix il-ħażen jirbħek, iżda irbaħ il-ħażen bit-tajjeb.
Explore RUMANI 12:21
5
RUMANI 12:10
Ħobbu lil xulxin bħal aħwa; fittxu li tistmaw lil xulxin.
Explore RUMANI 12:10
6
RUMANI 12:9
Qisu li l-imħabba tagħkom ma tkunx wiċċ b’ieħor; taħmlux il-ħażen; żommu mat-tajjeb.
Explore RUMANI 12:9
7
RUMANI 12:18
Jekk jista’ jkun, sakemm ikun ġej minnkom, għixu fil-paċi ma’ kulħadd.
Explore RUMANI 12:18
8
RUMANI 12:19
Tivvendikawx ruħkom b’idejkom, għeżież tiegħi, imma ħallu l-korla ta’ Alla tagħmel hi, għax hemm miktub: “Għalija l-vendetta, jiena nħallas, jgħid il-Mulej.”
Explore RUMANI 12:19
9
RUMANI 12:11
Tħallux il-ħrara tagħkom tibred, tħeġġu fl-ispirtu, aqdu lill-Mulej.
Explore RUMANI 12:11
10
RUMANI 12:3
Jiena ngħidilkom ilkoll bis-saħħa tal-grazzja li tani Alla: tippretendux li intom xi ħaġa aktar milli intom kif għandu jkun! Iżda kull wieħed minnkom iżomm ruħu ta’ li hu skont il-qjies tal-fidi li tah Alla.
Explore RUMANI 12:3
11
RUMANI 12:17
Troddu lil ħadd deni b’deni. Ħa jkun ħsiebkom filli tagħmlu t-tajjeb quddiem il-bnedmin kollha.
Explore RUMANI 12:17
12
RUMANI 12:16
Aħsbu f’xulxin l-istess, taħsbux fi ħwejjeġ kbar, imma fittxu l-umli. Tagħmluhiex ta’ għorrief.
Explore RUMANI 12:16
13
RUMANI 12:20
Jekk l-għadu tiegħek bil-ġuħ, itimgħu; jekk hu bil-għatx, isqih. Jekk tagħmel hekk tkun qiegħed tiġma’ ġamar jaqbad fuq rasu.
Explore RUMANI 12:20
14
RUMANI 12:14-15
Bierku lil dawk li jippersegwitawkom; bierku, u la tisħtu lil ħadd. Ifirħu ma’ min jifraħ, ibku ma’ min jibki.
Explore RUMANI 12:14-15
15
RUMANI 12:13
Aqsmu ġidkom mal-qaddisin li jinsabu fil-bżonn; ilqgħu f’darkom lill-barranin.
Explore RUMANI 12:13
16
RUMANI 12:4-5
Bħalma aħna għandna ħafna membri f’ġisem wieħed, iżda mhux il-membri kollha għandhom l-istess xogħol, hekk aħna ġisem wieħed fi Kristu u kull wieħed minna membru tal-ieħor.
Explore RUMANI 12:4-5
Home
Bible
Plans
Videos