1
MARK 4:39-40
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Imbagħad qam, ordna lir-riħ u qal lill-baħar: “Iskot! Biżżejjed!” U r-riħ waqaf u waqgħet kalma kbira. U qalilhom: “Dal-biża’ kollu għaliex? Mela ma għandkomx fidi?”
Compare
Explore MARK 4:39-40
2
MARK 4:41
U qabadhom biża’ kbir, u bdew jgħidu lil xulxin: “Dan min hu, mela, biex saħansitra r-riħ u l-baħar jisimgħu minnu?”
Explore MARK 4:41
3
MARK 4:38
Hu kien fil-poppa, rieqed fuq imħadda. Qajmuh u qalulu: “Mgħallem, dan qisu mhu xejn għalik li aħna se nintilfu?”
Explore MARK 4:38
4
MARK 4:24
U qalilhom: “Oqogħdu attenti x’tisimgħu! Bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom, u jingħatalkom iżjed ukoll.
Explore MARK 4:24
5
MARK 4:26-27
U qal: “Is-Saltna ta’ Alla hi bħal meta raġel ikun xeħet iż-żerriegħa fl-art. Rieqed jew imqajjem, billejl jew binhar, iż-żerriegħa tinbet u tikber, bla ma jaf kif.
Explore MARK 4:26-27
6
MARK 4:23
Jekk hawn min għandu widnejn biex jisma’, ħa jisma’!”
Explore MARK 4:23
Home
Bible
Plans
Videos