1
MARK 14:36
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
U qal: “Abba, Missier, kollox jista’ jkun għalik; biegħed minni dan il-kalċi! Iżda mhux li rrid jien, imma li trid int.”
Compare
Explore MARK 14:36
2
MARK 14:38
Ishru u itolbu biex ma tidħlux fit-tiġrib. L-ispirtu, iva, irid; imma l-ġisem dgħajjef.”
Explore MARK 14:38
3
MARK 14:9
Tassew ngħidilkom, li kull fejn jixxandar l-Evanġelju fid-dinja kollha li għamlet din jingħad ukoll, b’tifkira tagħha.”
Explore MARK 14:9
4
MARK 14:34
Qalilhom: “Inħossni mnikket għall-mewt; ibqgħu hawn u ishru.”
Explore MARK 14:34
5
MARK 14:22
Huma u jieklu, ħa l-ħobż f’idejh, qal il-barka, qasmu, newwilhulhom u qal: “Ħudu, dan hu ġismi.”
Explore MARK 14:22
6
MARK 14:23-24
Imbagħad ħa kalċi f’idejh, radd il-ħajr, u newwilhulhom, u lkoll xorbu minnu. U qalilhom: “Dan huwa demmi, id-demm tal-patt, li jixxerred għal ħafna.
Explore MARK 14:23-24
7
MARK 14:27
U Ġesù qalilhom: “Ilkoll se titħawdu, għax hu miktub: ‘Nidrob ir-ragħaj, u n-nagħaġ jitferrxu’.
Explore MARK 14:27
8
MARK 14:42
Qumu! Ejjew immorru! Ara, dak li se jittradini hu fil-qrib!”
Explore MARK 14:42
9
MARK 14:30
Qallu Ġesù: “Tassew ngħidlek, li llum, dal-lejl stess, qabel ma s-serduk ikun idden darbtejn, int tkun ġa ċħadtni tliet darbiet.”
Explore MARK 14:30
Home
Bible
Plans
Videos