1
MARK 10:45
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Għax hekk ukoll Bin il-bniedem, hu ma ġiex biex ikun moqdi, imma biex jaqdi u biex jagħti ħajtu b’fidwa għall-kotra.”
Compare
Explore MARK 10:45
2
MARK 10:27
Ġesù ħares lejhom u qalilhom: “Għall-bnedmin dan ma jistax ikun, imma għal Alla iva; għax għal Alla kollox jista’ jkun.”
Explore MARK 10:27
3
MARK 10:52
“Mur,” qallu Ġesù, “il-fidi tiegħek fejqitek.” U minnufih raġa’ beda jara, u baqa’ miexi warajh fit-triq.
Explore MARK 10:52
4
MARK 10:9
Mela dak li għaqqad Alla ma għandux jifirdu l-bniedem.”
Explore MARK 10:9
5
MARK 10:21
Imbagħad Ġesù xeħet fuqu ħarsa ta’ mħabba u qallu: “Ħaġa waħda tonqsok: mur bigħ li għandek, agħtih lill-fqar, u jkollok teżor fis-sema; imbagħad ejja u imxi warajja.”
Explore MARK 10:21
6
MARK 10:51
U Ġesù kellmu u qallu: “Xi tridni nagħmillek?” “Li nerġa’ nara, Rabbuni,” wieġbu l-agħma.
Explore MARK 10:51
7
MARK 10:43
Fostkom ma għandux ikun hekk, imma min irid ikun kbir fostkom, għandu jkun qaddej tagħkom
Explore MARK 10:43
8
MARK 10:15
Tassew ngħidilkom, li min is-Saltna ta’ Alla ma jilqagħhiex bħal tifel ċkejken ma jidħolx fiha.”
Explore MARK 10:15
9
MARK 10:31
U ħafna li huma tal-ewwel jiġu l-aħħar, u tal-aħħar jiġu l-ewwel.”
Explore MARK 10:31
10
MARK 10:6-8
Iżda sa mill-bidu tal-ħolqien Alla għamilhom raġel u mara. Għalhekk mela raġel iħalli lil missieru u ’l ommu u jingħaqad ma’ martu, u t-tnejn isiru ġisem wieħed. Għalhekk mhumiex iżjed tnejn, imma ġisem wieħed.
Explore MARK 10:6-8
Home
Bible
Plans
Videos