1
MATTEW 18:20
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi hemm inkun jien f’nofshom.
Compare
Explore MATTEW 18:20
2
MATTEW 18:19
Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom fuq l-art jgħollu leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet, jagħtihielhom.
Explore MATTEW 18:19
3
MATTEW 18:2-3
Hu sejjaħ lejh tfajjel ċkejken, qiegħdu f’nofshom u qalilhom, “Tassew ngħidilkom, li jekk intom ma terġgħux issiru bħat-tfal iż-żgħar, żgur li ma tidħlux fis-Saltna tas-Smewwiet.
Explore MATTEW 18:2-3
4
MATTEW 18:4
U għalhekk l-ikbar wieħed fis-Saltna tas-Smewwiet huwa dak li jċekken lilu nnifsu bħal dan it-tfajjel żgħir.
Explore MATTEW 18:4
5
MATTEW 18:5
U kull min jilqa’ tfajjel bħal dan minħabba f’ismi, ikun jilqa’ lili.
Explore MATTEW 18:5
6
MATTEW 18:18
Tassew ngħidilkom, li kulma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema, u kulma tħollu fuq l-art ikun maħlul fis-sema.
Explore MATTEW 18:18
7
MATTEW 18:35
Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-Smewwiet jekk ma taħfrux lil xulxin minn qalbkom.”
Explore MATTEW 18:35
8
MATTEW 18:6
“Imma min jagħti skandlu lil wieħed minn dawn iċ-ċkejknin li jemmnu fija, ikun aħjar għalih li jdendlulu ma’ għonqu ġebla tat-tħin minn dawk li jdawru l-ħmir, u jgħarrquh f’qiegħ ta’ baħar.
Explore MATTEW 18:6
9
MATTEW 18:12
“Intom x’jidhrilkom? Jekk wieħed raġel ikollu mitt nagħġa u tintiliflu waħda minnhom, ma jħallix id-disgħa u disgħin l-oħra fuq l-għoljiet u jmur ifittex dik li tkun intilfitlu?
Explore MATTEW 18:12
Home
Bible
Plans
Videos