1
LUQA 6:38
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
agħtu, u jingħatalkom. Kejl tajjeb, marsus, mheżeż sewwa u mburġat iqegħdulkom f’ħoġorkom; għax bl-istess kejl li tkejlu intom jitkejjel lilkom.”
Compare
Explore LUQA 6:38
2
LUQA 6:45
Il-bniedem tajjeb mit-teżor tajjeb ta’ qalbu joħroġ it-tajjeb, u l-bniedem ħażin mit-teżor ħażin tiegħu joħroġ il-ħażin, għax mill-abbundanza tal-qalb jitkellem il-fomm.
Explore LUQA 6:45
3
LUQA 6:35
Imma intom ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid, isilfu bla ma tistennew xi ħaġa lura, u l-ħlas tagħkom ikun kbir; u tkunu wlied Alla l-Għoli, li hu tajjeb mal-ingrati u l-ħżiena.
Explore LUQA 6:35
4
LUQA 6:36
Ħennu, bħalma hu ħanin Missierkom.
Explore LUQA 6:36
5
LUQA 6:37
“Tiġġudikawx, u ma tkunux iġġudikati; tikkundannawx, u ma tkunux ikkundannati; aħfru, u ssibu l-maħfra
Explore LUQA 6:37
6
LUQA 6:27-28
“Imma lilkom, li qegħdin tisimgħuni, ngħidilkom: “Ħobbu l-għedewwa tagħkom, agħmlu l-ġid lil min jobgħodkom, bierku lil min jisħetkom, itolbu għal min iżeblaħkom.
Explore LUQA 6:27-28
7
LUQA 6:31
Kif tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, hekk ukoll agħmlu intom lilhom.
Explore LUQA 6:31
8
LUQA 6:29-30
Min jagħtik bil-ħarta fuq naħa waħda, dawwarlu wiċċek ħalli jagħtik fuq in-naħa l-oħra; min jeħodlok il-mantar, anqas il-libsa ma għandek tiċħadlu. Agħti lil kull min jitolbok; u min jeħodlok xi ħaġa tiegħek, titlobhilux lura.
Explore LUQA 6:29-30
9
LUQA 6:43
“Ma hemmx siġra tajba li tagħmel frott ħażin, kif anqas ma hemm siġra ħażina li tagħmel frott tajjeb.
Explore LUQA 6:43
10
LUQA 6:44
Kull siġra mill-frott tagħha tingħaraf. Ħadd ma jiġbor it-tin mix-xewk, anqas l-għeneb mill-għolliq.
Explore LUQA 6:44
Home
Bible
Plans
Videos