1
LUQA 19:10
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Għax Bin il-bniedem ġie jfittex u jsalva l-mitluf.”
Compare
Explore LUQA 19:10
2
LUQA 19:38
u bdew jgħidu: “Imbierek is-Sultan li ġej f’isem il-Mulej! Sliem fis-sema, u glorja fl-ogħla tas-smewwiet!”
Explore LUQA 19:38
3
LUQA 19:9
Qallu Ġesù: “F’din id-dar illum daħlet is-salvazzjoni, għax dan ir-raġel ukoll huwa bin Abraham.
Explore LUQA 19:9
4
LUQA 19:5-6
Ġesù, kif wasal hemm, ħares ’il fuq u qallu: “Żakkew, isa, inżel minn hemm, għax illum jeħtieġli noqgħod għandek.” Dak niżel bla telf ta’ żmien, u kollu ferħan laqgħu għandu.
Explore LUQA 19:5-6
5
LUQA 19:8
Imma Żakkew, wieqaf, qal lill-Mulej: “Ara, Mulej, nofs ġidi se nagħtih lill-foqra, u jekk jien qarraqt b’xi ħadd irroddlu għal erba’ darbiet iżjed.”
Explore LUQA 19:8
6
LUQA 19:39-40
Xi wħud mill-Fariżej li kienu qalb il-folla qalulu: “Mgħallem, ċanfarhom lid-dixxipli tiegħek!” Iżda hu weġibhom u qal: “Ngħidilkom li, jekk jisktu huma, jgħajjat il-ġebel.”
Explore LUQA 19:39-40
Home
Bible
Plans
Videos