Wara li qagħad magħhom mhux aktar minn tmienja jew għaxart ijiem, Festu niżel Ċesarija. L-għada ħa postu fit-tribunal u bagħat iġib lil Pawlu. Kif wasal hemm, il-Lhud li kienu niżlu minn Ġerusalemm daru miegħu u bdew iġibu kontra tiegħu ħafna akkużi kbar bla ma kellhom ħila jippruvawhom.