YouVersion Logo
Search Icon

RUMANI 16:25-27

RUMANI 16:25-27 MB20

Lil Alla li għandu l-qawwa li jwettaqkom fl-Evanġelju li nħabbar jien, jien u nxandar lil Ġesù Kristu, skont ir-rivelazzjoni tal-misteru li kien moħbi fis-skiet tal-eternità; lil dan Alla li issa rrivelalna dan il-misteru, u għarrfu lill-ġnus bil-Kitba tal-Profeti, skont l-ordni tiegħu, Alla ta’ dejjem, biex iwassalhom għall-ubbidjenza tal-fidi; lil dan Alla, waħdu fl-għerf, il-glorja għal dejjem ta’ dejjem b’Ġesù Kristu. Ammen.