YouVersion Logo
Search Icon

ISAIJA 57:15-16

ISAIJA 57:15-16 MB20

Għax dan jgħid min qiegħed merfugħ fl-għoli, li jgħix għal dejjem u qaddis ismu: “Jien ngħammar fl-għoli u f’post qaddis, imma l-istess jien qiegħed mal-bniedem b’qalb maqsuma u umiljat f’ruħu; biex naħji r-ruħ umiljata, inqawwi l-qalb miksura. Għax ma nitlewwimx għal dejjem, u lanqas ma ninkorla għalkollox; għax kieku tinfena r-ruħ quddiemi, u nifs il-ħajja li jiena ħlaqt.

Free Reading Plans and Devotionals related to ISAIJA 57:15-16