1
RUMANI 8:28
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Aħna nafu li Alla, ma’ dawk li jħobbuh, ma’ dawk li huma msejħin skont il-providenza tiegħu, f’kollox jaħdem id f’id għall-ġid tagħhom.
Compare
Explore RUMANI 8:28
2
RUMANI 8:38-39
Għax jiena żgur li la l-mewt u la l-ħajja, la l-anġli u la l-qawwiet, la ż-żmien t’issa u la ta’ li ġej, la setgħat, la l-għoli u lanqas il-fond, u ebda ħliqa oħra ma jistgħu qatt jifirduna mill-imħabba ta’ Alla li dehret fi Kristu Ġesù Sidna.
Explore RUMANI 8:38-39
3
RUMANI 8:26
Hekk ukoll l-Ispirtu, min-naħa tiegħu, jgħinna fin-nuqqas ta’ ħila tagħna. Għax aħna anqas biss nafu nitolbu kif imiss, imma l-Ispirtu stess jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem
Explore RUMANI 8:26
4
RUMANI 8:31
Xi ngħid, mela, quddiem dan kollu? Jekk Alla hu magħna min jista’ jkun kontra tagħna?
Explore RUMANI 8:31
5
RUMANI 8:1
Mela issa ma hemm ebda kundanna għal dawk li jgħixu fl-għaqda ma’ Kristu Ġesù.
Explore RUMANI 8:1
6
RUMANI 8:6
Ix-xewqat tal-ġisem iwasslu għall-mewt; ix-xewqat tal-Ispirtu jwasslu għall-ħajja u s-sliem.
Explore RUMANI 8:6
7
RUMANI 8:37
Imma f’dan kollu aħna aktar minn rebbieħa bis-saħħa ta’ dak li ħabbna.
Explore RUMANI 8:37
8
RUMANI 8:18
Jiena għadni persważ li t-tbatijiet ta’ issa ma għandhom xejn x’jaqsmu mal-glorja li għad trid tidher fina.
Explore RUMANI 8:18
9
RUMANI 8:35
Min se jifridna mill-imħabba ta’ Kristu? It-taħbit, id-dwejjaq, il-persekuzzjoni, il-ġuħ, l-għera, it-tiġrib, ix-xabla?
Explore RUMANI 8:35
10
RUMANI 8:27
u Alla, li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub, jaf x’inhi x-xewqa tal-Ispirtu; bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skont ma jrid Alla.
Explore RUMANI 8:27
11
RUMANI 8:14
Dawk kollha li jmexxihom l-Ispirtu ta’ Alla huma wlied Alla.
Explore RUMANI 8:14
12
RUMANI 8:5
Dawk li jgħixu skont il-ġisem, ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-ġisem; dawk li jgħixu skont l-Ispirtu, ħsiebhom fil-ħwejjeġ tal-Ispirtu.
Explore RUMANI 8:5
13
RUMANI 8:32
Hu, li anqas lil Ibnu stess ma ħafirha, imma tah għalina lkoll, kif ma jagħtiniex ukoll kollox miegħu?
Explore RUMANI 8:32
14
RUMANI 8:16-17
Dan l-Ispirtu jixhed flimkien mal-ispirtu tagħna li aħna wlied Alla. Jekk aħna wlied, aħna wkoll werrieta, werrieta ta’ Alla, werrieta ma’ Kristu: ladarba aħna nbatu miegħu, biex miegħu nkunu gglorifikati.
Explore RUMANI 8:16-17
15
RUMANI 8:7
Għalhekk ix-xewqat tal-ġisem huma għedewwa ta’ Alla; ma joqogħdux għal-liġi ta’ Alla, u anqas jistgħu joqogħdu.
Explore RUMANI 8:7
16
RUMANI 8:19
Il-ħlejjaq kollha qegħdin jistennew ħerqana r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla
Explore RUMANI 8:19
17
RUMANI 8:22
Aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s’issa jitniehed bl-uġigħ tal-ħlas
Explore RUMANI 8:22
Home
Bible
Plans
Videos