1
MATTEW 7:7
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
“Itolbu, u jingħatalkom; fittxu, u ssibu; ħabbtu, u jiftħulkom.
Compare
Explore MATTEW 7:7
2
MATTEW 7:8
Għax kull min jitlob, jaqla’, min ifittex isib, u min iħabbat jiftħulu.
Explore MATTEW 7:8
3
MATTEW 7:24
“Għalhekk, kull min jisma’ dan kliemi u jagħmel li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem għaqli li bena daru fuq il-blat.
Explore MATTEW 7:24
4
MATTEW 7:12
Mela dak kollu li tridu li l-bnedmin jagħmlu lilkom, agħmluh ukoll intom lilhom; għax din hi l-Liġi u l-Profeti.
Explore MATTEW 7:12
5
MATTEW 7:14
Imma kemm huwa dejjaq il-bieb u dejqa t-triq li tieħu għall-ħajja, u ftit huma li jsibuha!
Explore MATTEW 7:14
6
MATTEW 7:13
“Għaddu mill-bieb id-dejjaq. Għax wiesa’ l-bieb u spazjuża t-triq li tieħu għat-telfien, u ħafna huma li jgħaddu minnha.
Explore MATTEW 7:13
7
MATTEW 7:11
Mela jekk intom, nies ħżiena bħalkom, tafu tagħtu lil uliedkom ħwejjeġ tajba, kemm aktar Missierkom li hu fis-smewwiet jagħti ħwejjeġ tajba lil min jitlobhomlu?
Explore MATTEW 7:11
8
MATTEW 7:1-2
“Tiġġudikawx, biex ma tkunux iġġudikati; għax bl-istess ġudizzju li tagħmlu intom, tkunu ġġudikati; u bl-istess kejl li tkejlu intom, jitkejjel lilkom.
Explore MATTEW 7:1-2
9
MATTEW 7:26
Imma kull min jisma’ dan kliemi u ma jagħmilx li qiegħed ngħid jien, isir jixbah lil bniedem iblah li bena daru fuq ir-ramel.
Explore MATTEW 7:26
10
MATTEW 7:3-4
Xi trid tħares lejn it-tibna li hemm f’għajn ħuk? Għax ma tarax it-travu li għandek f’għajnek int? Jew kif tmur tgħid lil ħuk, ‘Ħa nneħħilek it-tibna minn għajnek,’ meta inti stess f’għajnek għandek travu?
Explore MATTEW 7:3-4
11
MATTEW 7:15-16
“Iftħu għajnejkom mill-profeti foloz; għax dawn jiġu għandkom libsin ta’ nagħaġ, u minn ġewwa jkunu lpup ħattafa! Mill-frott tagħhom tagħrfuhom. Jaqaw jiġbru għeneb mix-xewk, jew tin mill-għollieq?
Explore MATTEW 7:15-16
12
MATTEW 7:17
Hekk kull siġra tajba frott tajjeb tagħmel, imma s-siġra l-ħażina frott ħażin tagħmel.
Explore MATTEW 7:17
13
MATTEW 7:18
Siġra tajba ma tistax tagħmel frott ħażin, anqas siġra ħażina ma tagħmel frott tajjeb.
Explore MATTEW 7:18
14
MATTEW 7:19
Kull siġra li ma tagħmilx frott tajjeb titqaċċat u tinxteħet fin-nar.
Explore MATTEW 7:19
Home
Bible
Plans
Videos