1
MATTEW 27:46
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
U madwar id-disa’ siegħa Ġesù għajjat b’leħen qawwi u qal: “Eli, Eli, lema sabaqtani?” Jiġifieri, ‘Alla tiegħi, Alla tiegħi, għaliex tlaqtni?’
Compare
Explore MATTEW 27:46
2
MATTEW 27:51-52
U ara, il-purtiera tas-santwarju ċċarrtet fi tnejn minn fuq s’isfel; l-art theżżet, il-blat inqasam, u l-oqbra nfetħu, u qamu ħafna iġsma ta’ qaddisin li kienu mietu
Explore MATTEW 27:51-52
3
MATTEW 27:50
Imma Ġesù reġa’ għajjat għajta kbira u radd ruħu.
Explore MATTEW 27:50
4
MATTEW 27:54
Iċ-ċenturjun u dawk li kienu miegħu għassa ta’ Ġesù, kif raw l-art titheżżeż u jiġri dak kollu, imtlew b’biża’ liema bħalu u qalu: “Dan kien tassew Bin Alla!”
Explore MATTEW 27:54
5
MATTEW 27:45
Mis-sitt siegħa ’l quddiem waqgħet dalma kbira fuq il-pajjiż kollu sad-disa’ siegħa.
Explore MATTEW 27:45
6
MATTEW 27:22-23
Qalilhom Pilatu: “U x’nagħmel b’Ġesù li jgħidulu l-Messija?” Weġbuh ilkoll: “Sallbu!’ Hu staqsiehom: “Imma x’għamel ħażin?” Huma aktar bdew jgħajtu u jgħidu: “Sallbu!”
Explore MATTEW 27:22-23
Home
Bible
Plans
Videos