1
MATTEW 16:24
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Imbagħad qal lid-dixxipli tiegħu: “Jekk xi ħadd irid jiġi warajja, għandu jiċħad lilu nnifsu, jerfa’ salibu, u jimxi warajja.
Compare
Explore MATTEW 16:24
2
MATTEW 16:18
U jiena ngħidlek: Inti Pietru, u fuq din il-blata jiena nibni l-Knisja tiegħi, u s-setgħat tal-infern ma jegħlbuhiex.
Explore MATTEW 16:18
3
MATTEW 16:19
Jiena nagħtik l-imfietaħ tas-Saltna tas-Smewwiet, u kulma torbot fuq l-art ikun marbut fis-smewwiet, u kulma tħoll fuq l-art ikun maħlul fis-smewwiet.”
Explore MATTEW 16:19
4
MATTEW 16:25
Għax min irid isalva ħajtu, jitlifha, imma min jitlef ħajtu għall-imħabba tiegħi, isibha.
Explore MATTEW 16:25
5
MATTEW 16:26
Għax xi jkun jiswielu l-bniedem jekk jikseb id-dinja kollha u mbagħad jitlef ħajtu? Jew xi prezz se jagħti l-bniedem biex isalva ħajtu?
Explore MATTEW 16:26
6
MATTEW 16:15-16
Imma intom min tgħidu li jien?” staqsiehom. U qabeż Xmun Pietru u qallu: “Inti l-Messija, Bin Alla l-ħaj.”
Explore MATTEW 16:15-16
7
MATTEW 16:17
U Ġesù wieġbu u qallu: “Hieni int, Xmun bin Ġona, għax mhux bniedem tad-demm u l-laħam uriek dan, imma Missieri li hu fis-smewwiet.
Explore MATTEW 16:17
Home
Bible
Plans
Videos