1
LUQA 8:15
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Imma dawk li jaqgħu f’art tajba huma dawk li jisimgħu l-kelma b’qalb tajba u sinċiera, jgħożżuha, u jagħmlu l-frott billi jżommu sħiħ.
Compare
Explore LUQA 8:15
2
LUQA 8:14
Dawk li jaqgħu qalb ix-xewk huma dawk li jisimgħu, iżda aktar ’il quddiem l-inkwiet żejjed u l-għana u l-pjaċiri tal-ħajja joħonquhom u l-frott tagħhom ma jsirx.
Explore LUQA 8:14
3
LUQA 8:13
Dawk ta’ fuq il-blat huma dawk li, meta jisimgħu l-kelma, jilqgħuha bil-ferħ, iżda billi ma jkollhomx għeruq jemmnu għal ftit taż-żmien, u meta jiġi fuqhom it-tiġrib jitilqu.
Explore LUQA 8:13
4
LUQA 8:25
U qal lid-dixxipli: “Fejn hi l-fidi tagħkom?” Qabadhom il-biża’, u mistagħġba bdew jgħidu lil xulxin: “Dan min hu, mela, biex jordna saħansitra lill-irjieħ u lill-baħar u huma jisimgħu minnu!”
Explore LUQA 8:25
5
LUQA 8:12
Dawk ta’ matul il-mogħdija huma dawk li jisimgħu, imbagħad jiġi x-Xitan u jaħtfilhom il-kelma minn qalbhom, li ma jmorrux jemmnu u jsalvaw.
Explore LUQA 8:12
6
LUQA 8:17
Għax ma hemm xejn moħbi li ma għadx jidher, u xejn ma hemm mistur li ma għadx jingħaraf u jinġieb għad-dawl.
Explore LUQA 8:17
7
LUQA 8:47-48
Il-mara, meta rat li ma setgħetx tinħeba, resqet b’rogħda fuqha, inxteħtet quddiemu, u stqarritlu quddiem kulħadd l-għala kienet messitu u kif fieqet minnufih. U hu qalilha: “Binti, il-fidi tiegħek salvatek; mur bis-sliema.”
Explore LUQA 8:47-48
8
LUQA 8:24
Għalhekk resqu lejh, qajmuh u qalulu: “Mgħallem, Mgħallem, se nintilfu!” Hu qam, ordna lir-riħ u lill-mewġ imqalleb, u dawn siktu u waqgħet il-kalma.
Explore LUQA 8:24
Home
Bible
Plans
Videos