1
ĠWANNI 13:34-35
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Nagħtikom kmandament ġdid, li tħobbu lil xulxin. Bħalma ħabbejtkom jien, hekk ukoll ħobbu intom lil xulxin. Minn dan jagħraf kulħadd li intom dixxipli tiegħi, jiġifieri, jekk ikollkom l-imħabba bejnietkom.”
Compare
Explore ĠWANNI 13:34-35
2
ĠWANNI 13:14-15
Mela jekk jien, li jien il-Mulej u l-Imgħallem, ħsiltilkom saqajkom, hekk intom għandkom taħslu saqajn xulxin. Għax jien tajtkom eżempju, biex kif għamilt jien magħkom, hekk tagħmlu intom ukoll.
Explore ĠWANNI 13:14-15
3
ĠWANNI 13:7
Ġesù wieġbu: “Int għalissa ma tafx x’qiegħed nagħmel jien; tifhmu aktar ’il quddiem.”
Explore ĠWANNI 13:7
4
ĠWANNI 13:16
Tassew tassew ngħidilkom, l-ilsir mhuwiex aqwa minn sidu, anqas il-messaġġier ma hu aqwa minn min jibagħtu.
Explore ĠWANNI 13:16
5
ĠWANNI 13:17
Jekk dawn il-ħwejjeġ tafuhom, henjin intom jekk tagħmluhom.
Explore ĠWANNI 13:17
6
ĠWANNI 13:4-5
Qam minn fuq il-mejda, neħħa l-mantar minn fuqu, ħa fardal u rabtu ma’ qaddu. Imbagħad ferragħ l-ilma fil-lenbija, u beda jaħsel saqajn id-dixxipli u jixxuttahomlhom bil-fardal li kellu ma’ qaddu.
Explore ĠWANNI 13:4-5
Home
Bible
Plans
Videos