1
ISAIJA 60:1
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Qum! Ħa jiddi wiċċek! Id-dawl tiegħek wasal! Jiddi fuqek sebħ il-Mulej!
Compare
Explore ISAIJA 60:1
2
ISAIJA 60:3
Il-ġnus għad jimxu fid-dawl tiegħek, u s-slaten fid-dija ta’ sbiħek.
Explore ISAIJA 60:3
3
ISAIJA 60:2
Ara d-dlamijiet jiksu l-art, u sħab iswed il-popli: iżda fuqek jiddi l-Mulej, u sebħu jfiġġ fuqek.
Explore ISAIJA 60:2
4
ISAIJA 60:22
L-iżgħar fostkom isir tribù u l-iċken isir ġens qawwi. Jien il-Mulej, li nfittex nagħmel dan kollu f’waqtu.
Explore ISAIJA 60:22
5
ISAIJA 60:19
Ma ddawlekx aktar ix-xemx binhar, u lanqas jiddi għalik il-qamar billejl, għax il-Mulej ikunlek id-dawl għal dejjem u Alla tiegħek ikun sebħek.
Explore ISAIJA 60:19
6
ISAIJA 60:20
Ma tinżilx aktar ix-xemx għalik u lanqas jgħib il-qamar, għax il-Mulej ikun id-dawl tiegħek għal dejjem u jintemmu l-jiem tal-vistu tiegħek.
Explore ISAIJA 60:20
7
ISAIJA 60:5
Imbagħad tħares u wiċċek jiddi, u tħabbat u timtela qalbek, għax fuqek taqa’ l-kotra tal-ġid tal-ibħra, u l-għana tal-ġnus jiġi għandek.
Explore ISAIJA 60:5
8
ISAIJA 60:4
Għolli u dawwar għajnejk madwarek u ara: ilkoll miġbura ġejjin għandek. Uliedek ġejjin mill-bogħod, u bnietek iġorruhom fuq id-dirgħajn.
Explore ISAIJA 60:4
9
ISAIJA 60:21
Kulħadd ikun ġust fil-poplu tiegħek u jirtu l-art għal dejjem; huma xitla li jien ħawwilt, xogħol idejja għal foħriti.
Explore ISAIJA 60:21
10
ISAIJA 60:18
Ma tinstemax aktar dnewwa f’artek, u ħerba u qerda fi trufijietek; swarek jissejħu: ‘Ħelsien’, u bwiebek: ‘Foħrija’.
Explore ISAIJA 60:18
11
ISAIJA 60:11
U l-bibien tiegħek ikunu miftuħin dejjem, lejl u nhar ma jingħalqux, biex jiġi għandek il-ġid tal-ġnus, u s-slaten tagħhom miexja quddiem
Explore ISAIJA 60:11
12
ISAIJA 60:6
Imrieħel ta’ iġmla għad jgħattuk, l-iġmla żgħar ta’ Midjan u Għefa; ilkoll minn Saba jiġu, mgħobbija bid-deheb u l-inċens, u jxandru t-tifħir tal-Mulej.
Explore ISAIJA 60:6
13
ISAIJA 60:10
U l-barranin jibnulek swarek, u jaqduk is-slaten tagħhom, għax jekk sawwattek fil-qilla tiegħi, fil-ħniena tiegħi jien ħennejt għalik.
Explore ISAIJA 60:10
14
ISAIJA 60:15
Għax kont mitluqa, u kienu jobogħduk, u ħadd ma kien jgħaddi minnek, nagħmlek kbira għal dejjem u l-għaxqa ta’ kull żmien.
Explore ISAIJA 60:15
15
ISAIJA 60:16
Bħal tarbija terda’ ħalib il-ġnus, u titmantna minn sider is-slaten, biex tagħraf li jien il-Mulej, is-Salvatur tiegħek, il-Feddej tiegħek, il-Qawwi ta’ Ġakobb.
Explore ISAIJA 60:16
Home
Bible
Plans
Videos