Għax dan jgħid min qiegħed merfugħ fl-għoli,
li jgħix għal dejjem u qaddis ismu:
“Jien ngħammar fl-għoli u f’post qaddis,
imma l-istess jien qiegħed mal-bniedem
b’qalb maqsuma u umiljat f’ruħu;
biex naħji r-ruħ umiljata,
inqawwi l-qalb miksura.
Għax ma nitlewwimx għal dejjem,
u lanqas ma ninkorla għalkollox;
għax kieku tinfena r-ruħ quddiemi,
u nifs il-ħajja li jiena ħlaqt.