U l-Mulej xamm ir-riħa ħelwa u għoġbitu; u l-Mulej qal f’qalbu: “Ma nerġax iżjed nisħet l-art minħabba l-bniedem, għax qalb il-bniedem miġbuda għall-ħażen sa minn ċkunitu, u ma nerġax iżjed naħbat għall-ħlejjaq ħajjin kollha bħalma għamilt.
Sakemm iddum l-art,
żrigħ u ħsad,
bard u għomma,
sajf u xitwa,
lejl u nhar,
ma jonqsu qatt.”