Imma l-qaws tiegħu baqa’ sod,
u ħeffu dirgħajh u idejh,
bis-saħħa tal-Qawwi ta’ Ġakobb,
bl-isem tar-Ragħaj u l-Blata ta’ Iżrael.
B’Alla ta’ missierek,
- jalla jgħinek,
b’Xaddaj,
- jalla jbierkek.
B’barkiet mill-għoli tas-smewwiet,
b’barkiet l-ilmijiet mifruxa taħt l-art,
b’barkiet is-sider u l-ġuf