u bierek lil Ġużeppi u qallu:
“Alla li mxew quddiemu missirijieti,
Abraham u Iżakk;
Alla, ir-ragħaj tiegħi,
sa minn tnissili sal-lum;
l-anġlu li salvani minn kull għawġ,
ibierek ’il dawn iż-żgħażagħ,
u jsejħu fuqhom ismi,
u isem missirijieti, Abraham u Iżakk,
u jitkattru bil-bosta fl-art.”