Aħna, Lhud minn twelidna u mhux midinbin mill-Ġentili, aħna li nafu li l-bniedem ma jkunx iġġustifikat bl-opri tal-Liġi imma bil-fidi f’Ġesù Kristu, aħna wkoll emminna f’Ġesù Kristu, sabiex inkunu ġġustifikati bil-fidi fi Kristu u mhux bl-opri tal-Liġi, għaliex bl-opri tal-Liġi ebda bniedem ma jkun iġġustifikat.