1
2 KORINTIN 4:18
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
lilna li ma nħarsux lejn il-ħwejjeġ li jidhru, iżda lejn dawk li ma jidhrux. Dawk li jidhru huma għal żmien qasir, dawk li ma jidhrux huma għal dejjem.
Compare
Explore 2 KORINTIN 4:18
2
2 KORINTIN 4:16-17
Għalhekk ma naqtgħux qalbna, għax imqar jekk il-bniedem ta’ barra jitħassar, il-bniedem ta’ ġewwa jiġġedded minn jum għal jum. Id-daqsxejn ta’ tbatija tagħna ta’ issa tħejjilna kobor ta’ glorja bla qjies għal dejjem
Explore 2 KORINTIN 4:16-17
3
2 KORINTIN 4:8-9
Aħna minn kullimkien ninsabu magħfusin, iżda m’aħniex mgħattnin; imħassbin, iżda ma għandniex qalbna maqtugħa; ippersegwitati, iżda m’aħniex abbandunati; mixħutin mal-art, iżda m’aħniex meqrudin.
Explore 2 KORINTIN 4:8-9
4
2 KORINTIN 4:7
Dan it-teżor qiegħed għandna f’ġarar tal-fuħħar, ħalli b’hekk jidher sewwa li l-kobor ta’ din il-qawwa ġej minn Alla, u mhux minna.
Explore 2 KORINTIN 4:7
5
2 KORINTIN 4:4
dawk li l-alla ta’ din id-dinja dallmilhom il-moħħ tagħhom nieqes mill-fidi, biex ma jarawx jiddi d-dawl tal-Evanġelju glorjuż ta’ Kristu, li hu xbieha ta’ Alla.
Explore 2 KORINTIN 4:4
6
2 KORINTIN 4:6
Dan Alla li qal: “Ħa jiddi d-dawl mid-dlam”, dak hu li idda fi qlubna biex jagħtina d-dawl tal-għarfien tal-glorja ta’ Alla, li tiddi f’wiċċ Kristu.
Explore 2 KORINTIN 4:6
Home
Bible
Plans
Videos