1
2 KORINTIN 1:3-4
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
Imbierek Alla u Missier Sidna Ġesù Kristu, Missier il-ħniena u Alla ta’ kull faraġ. Hu jfarraġna fil-hemm kollu tagħna, biex aħna, permezz tal-faraġ li bih Alla jfarraġ lilna, inkunu nistgħu nfarrġu lil dawk kollha li jinsabu f’kull xorta ta’ hemm.
Compare
Explore 2 KORINTIN 1:3-4
2
2 KORINTIN 1:5
Bħalma joktru fina s-sofferenzi ta’ Kristu, hekk ukoll permezz ta’ Kristu, joktor fina l-faraġ.
Explore 2 KORINTIN 1:5
3
2 KORINTIN 1:9
Iżda ħassejna fina s-sentenza tal-mewt, biex ma nittamawx fina nfusna, iżda f’Alla li jqajjem lill-mejtin.
Explore 2 KORINTIN 1:9
4
2 KORINTIN 1:21-22
Alla hu li jwettaq kemm lilkom u kemm lilna fi Kristu, li kkonsagrana għalih innifsu; hu li ssiġillana wkoll bis-siġill tiegħu, u tana b’rahan l-Ispirtu fi qlubna.
Explore 2 KORINTIN 1:21-22
5
2 KORINTIN 1:6
In-niket tagħna jservi għall-faraġ u s-salvazzjoni tagħkom; u jekk nitfarrġu, dan iservi għall-faraġ tagħkom, li jaħdem fikom biex ikollkom il-qawwa tissaportu s-sofferenzi li nissaportu aħna wkoll.
Explore 2 KORINTIN 1:6
Home
Bible
Plans
Videos