U Sawl qal lill-iskudier tiegħu: “Islet ix-xabla u infidni biha, li ma jiġux dawn in-nies bla ħtin u jinfduni huma u jiddieħku bija.” L-iskudier ma ssugrax għax beża’ ħafna. U Sawl qabad ix-xabla u nxteħet fuqha. Malli l-iskudier ra ’l Sawl mejjet, inxteħet hu wkoll fuq ix-xabla tiegħu, u miet miegħu.