1
1 KORINTIN 13:4-5
IL-BIBBJA IL-KOTBA MQADDSA
L-imħabba taf tistabar u tħenn; l-imħabba mhijiex għajjura, ma tintefaħx biha nfisha, ma titkabbarx fuq l-oħrajn; ma tagħmilx dak li mhux xieraq; ma tfittixx dak li hu tagħha, xejn ma tinkorla; ma żżommx f’qalbha għad-deni
Compare
Explore 1 KORINTIN 13:4-5
2
1 KORINTIN 13:7
kollox tagħder, kollox temmen, kollox tittama, kollox tissaporti.
Explore 1 KORINTIN 13:7
3
1 KORINTIN 13:6
ma tifraħx bl-inġustizzja, imma tifraħ bil-verità
Explore 1 KORINTIN 13:6
4
1 KORINTIN 13:13
Issa hawn fidi, tama u mħabba, it-tlieta jibqgħu. Il-kbira fosthom l-imħabba.
Explore 1 KORINTIN 13:13
5
1 KORINTIN 13:8
L-imħabba ma tintemm qatt. Jgħibu l-profeziji, jisktu l-ilsna, jgħib l-għerf.
Explore 1 KORINTIN 13:8
6
1 KORINTIN 13:1
Li kont nitkellem bl-ilsna tal-bnedmin u tal-anġli bla ma kelli l-imħabba, kont inkun qisni strument tar-ram iżarżar jew platti jċekċku.
Explore 1 KORINTIN 13:1
7
1 KORINTIN 13:2
U kieku kelli d-don tal-profezija u kont naf il-misteri kollha u l-għerf kollu, kieku kelli l-fidi tiegħi sħiħa li nqanqal il-muntanji, imma ma kellix imħabba, jiena ma kont inkun xejn.
Explore 1 KORINTIN 13:2
8
1 KORINTIN 13:3
U kieku kelli nqassam ġidi kollu fil-karità u nagħti ġismi għall-ħruq bla ma jkolli mħabba, xejn ma jkun jiswieli ta’ ġid.
Explore 1 KORINTIN 13:3
9
1 KORINTIN 13:11
Meta kont tarbija, kont nitkellem ta’ tarbija, inħoss ta’ tarbija, naħseb ta’ tarbija. Meta sirt raġel warrabt dak li hu ta’ tarbija.
Explore 1 KORINTIN 13:11
Home
Bible
Plans
Videos